Il-virus taz-Zika, li jaħsbu hu marbut mal-kundizzjoni magħrufa bħala microcephaly li twassal biex it-trabi jitwieldu bid-difetti serji, jirrappreżenta sfida ‘formidabbli’ li diffiċli biex wieħed jeliminha.
Dan qalitu Margaret Chan, li qed tmexxi l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), wara li esperti marru fil-Brażil għal missjoni biex isiru jafu aktar dwar iz-Zika. Il-Brażil hu magħruf bħala ‘l-epiċentru’ tal-virus inkwistjoni li qed jimponi theddida għas-saħħa fuq livell globali u Chan sostniet li ‘l-affarijiet jistgħu jaqilbu għall-agħar qabel naraw xi titjib fis-sitwazzjoni’.
Il-virus taz-Zika jinġarr min-nemus u Chan sostniet li element sostanzjali fl-isfida hu l-fatt li dan il-virus hu daqstant ‘misterjuż’. Fil-fatt, lanqas jeżistu provi konkreti għal kollox rigward il-konnessjoni bejnu u l-microcephaly, b’Margaret Chan tgħid li ‘d-dinja qed tiffaċċja virus imprevedibbli u, għaldaqstant, għandha tkun lesta għas-sorpriżi’.
Mhux mistenni titjib għalissa fil-ġlieda kontra z-Zika
