Lokali

It-tieni publikazzjoni ta’ Wirt iż-Żejtun

L-Organizazzjoni Wirt iż-Żejtun ippreżentat lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista l-aħħar publikazzjoni tagħha li titratta l-aħħar ħbit mit-Torok f’pajjiżna.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil laqgħa lill-Kumitat Eżekuttiv ta’ Wirt Artna fl-Uffiċċju tiegħu fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.

Il-President ta’ din l-NGO, Ruben Abela spjega kif kull sentejn Wirt iż-Żejtun tagħmel simposju li din id-darba tratta l-aħħar ħbit tat-Torok f’pajjiżna fil-bajja ta’ San Tumas fejn minn hemm baqgħu telgħin lejn iż-Żejtun.

Kompla jispjega kif dakinhar iż-Żwieten, iż-Żabbarin u dawk li kienu joqgħdu fil-madwar ingħaqdu flimkien sabiex iġġieldu lit-Torok li kienirnexxilhom jibqgħu sejrin sa fejn illum hemm iż-żona industrijali ta’ bulebel.

Minn naħa tiegħu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista rringrazzja u feraħ lill-Wirt iż-Żejtun għal din il-publikazzjoni u lid-diversi kontributuri, riċerkaturi u storiċi li għamlu dan il-ktieb possibbli.

Simon Busuttil qal li grazzi għal inizjattivi bħal dawn li ġenerazzjonijiet futuri jkunu jistgħu ikomplu jgawdu l-wirt storiku ta’ pajjiżna. Qal wkoll li hu hu persuna li għandu għal qalbu l-kultura ta’ pajjiżna u li minn żmien għal żmien jattendi għal diversi attivitajiet.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista fakkar fl-inizjattiva perspettivi. Din l-inizjattiva kienet waħda mill-ewwel inizjattivi li ħa Simon Busuttil mal-ħatra tiegħu bħala kap tal-Partit Nazzjonalista, bl-għan li l-arti u l-kultura jkollhom priorita’ politika ewlenija fil-pajjiż.

B’din l-inizjattiva qiegħed jagħti spazju lill-artisti lokali sabiex jesebixxu x-xogħol artistiku tagħhom fl-uffiċċju tiegħu fid-DarĊentrali u anke fl-uffiċċju tiegħu fil-Parlament.