Frame Football Malta (FFM) hija għaqda volontarja komposta minn grupp ta’ voluntiera fosthom fiżjoterapisti, kowċ tal-futbol u għalliema tal-edukazzjoni fiżika. L-għan ewlieni ta’ dawn il-voluntiera huwa li jwasslu il-logħba tal-futbol kif ukoll xi tip ieħor ta’ attivita’ sportiva għat-tfal u ż-żgħażagħ taħt it-tmintax–il sena li jużaw xi tip ta’ frame għall-mobilita’ tagħhom.
Il-kunċett ta’ Frame Football qiegħed diġa’ jiġi pprattikat f’diversi klabbs fi ħdan l-Assoċjazzjoni Frame Football UK u l-ewwel logħba uffiċjali intlagħbet fl-Ingilterra f’Mejju tal-2014.
L-ewwel kuntatt mal-Frame Football Association UK sar minn fiżjoterapista Maltija bl-appoġġ tal-kappillan tal-parroċċa ta’ Ħal-Luqa Fr.Gordon Refalo.
Din l-idea innovattiva ġiet milqugħa b’entużjażmu minn diversi voluntiera li ingħaqdu flimkien sabiex din il-logħba isseħħ għall-ewwel darba f’Malta, infatti l-ewwel laqgħa uffiċjali ta’ Frame Football Malta se ssir l-Erbgħa 2 ta’ Marzu 2016 fil-5.00pm fiċ-Ċentru Parrokkjali, Triq Dokkiena, Ħal-Luqa.
L-għaqda tħeġġeġ il-dawk il-ġenituri jew individwi li huma interessati biex jattendu għal din il-laqgħa.
//= $special ?>