Ilbieraħ l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia, attenda għall-kunċert finali ta’ programm ta’ attivitajiet mużikali ta’ tlett ijiem li saru fil-Parlament, bħala parti mill-Programm Mużikali Edukattiv tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta.
Il-programm mużikali edukattiv tmexxa minn Dr Tony Harris, Kap tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni fl-Università Nottingham Trent, u s-Sur Barry Russell, Mużiċist rinomat.
Fil-kunċert ħadu sehem membri tal-Orkestra taż-Żgħażagħ ta’ Malta, studenti tal-Iskola tal-Mużika Johann Strauss u studenti minn Baned.
//= $special ?>