Lokali

100 sena mit-twelid ta’ Carmelo Caruana

Propju bħal-lum 100 sena ilu twieled Dr Carmelo Caruana li kien politiku ta’ statura nazzjonali u kien magħruf u rikonoxxut kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex għal proġetti infrastrutturali kbar li wettaq meta kien iservi lill-pajjiż bħala ministru fil-gvern Nazzjonalista fis-snin 50, 60 u l-bidu tas-snin 70. Hu serva bħala ministru tal-industrija u l-kummerċ, tas-saħħa, tal-posta, tas-servizzi soċjali, tax-xogħlijiet pubbliċi u tal-agrikultura u s-sajd.

Wettaq bosta proġetti kbar
Bħala Ministru, Carmelo Caruana wettaq bosta’ proġetti kbar. Fost il-proġetti li twettqu taħt it-tmexxija tiegħu kien hemm il-Power Station tal-Marsa, l-Università f’Tal Qroqq, il-bini tal-Qorti, il-Polytechnic fl-Imsida (illum il-Junior College), il-bini ta’ ħafna Skejjel, il-Port tal-Imġarr f’Għawdex, l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, diversi Oqsma ta’ Djar tal-Gvern, il-proġett tal-Port Ħieles, it-twaqqif ta’ lukandi u fabbriki u bini ta’ ħafna toroq, l-aktar fin-nofsinhar ta’ Malta u anke beda s-sistema tad-drenaġġ. Hu ħadem ukoll biex saħħaħ il-qasam Agrikolu u tas-Sajd kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex.

Il-moħħ u l-mutur wara l-bini tal-Istamperija
Hu kien il-moħħ u l-mutur wara l-bini tad-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista f’Tal-Pietà magħrufa bħala l-Istamperija li serviet għal ħafna snin sakemm inbniet id-Dar Ċentrali l-ġdida fil-bidu tas-snin 2000.

AKTAR DETTALJI JINSABU FIL-ĠURNAL IN-NAZZJON TAL-LUM F’PAĠNI 8 U 9.