Edukazzjoni Lokali

Żewġ nominati għall-unur prestiġjuż mill-Universita’ ta’ Malta

L-Universita’ ta’ Malta għażlet l-ewwel żewġ alumni li se jirċievu l-unur prestiġjuż bħala rikonoxximent għall-ħidma speċjali fis-setturi rispettivi tagħhom. In-nominaturi għall-unur ta’ Outstanding Alumni Achievement Award (OAAA) huma gradwati, membri tal-istaff, studenti u alumni tal-Universita’ ta’ Malta.

Il-Kunsill tal-Universita’, bir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat tal-Għażla, wasal għad-deċiżjoni li jagħti dan l-unur ta’ OAAA lil general surgeon Dr Maria Meilak li gradwat fl-1973, u satellite communications leader Dr Hector Fenech li gradwa fl-1978.

Il-preżentazzjoni se ssir mir-Rettur tal-Universita’ Profs Juanito Camilleri, flimkien ma’ membri tal-akkademju u staff amministrattiv, flimkien ma’ membri tal-KSU. Wara l-preżentazzjoni se ssir t-tnedija tal-eżebizzjoni ‘Building Futures: the making of Msida Campus’ minn Dr Raphael Vella.

L-eżebizzjoni se tkun miftuħa għall-pubbliku f’Dar l-Istudent fl-Universita’ mis-7 sat-18 ta’ Marzu mit-8 ta’ filgħodu sat-8 ta’ filgħaxija.