Lokali

Filmat: Estradit il-Pollakk Cajetan Poznanski

Il-Pollakk Cajetan Poznanski dalgħodu ġie estradit lejn il-Polonja wara li l-ġimgħa li għaddiet inqabad f’Malta.

Aktar kmieni dan ix-xahar, hu ħarab minn pajjiżu.

Poznanski kien ġie arrestat qrib il-Venda tal-Belt wara li nħareġ Mandat ta’ Arrest Ewropew fil-konfront tiegħu.

Iż-żagħżugħ Pollakk kien qed jiġi mfittex għall-qtil brutali tal-għalliema tat-Taljana ta’ 30 sena, identifikata bħala Catherine.