Illum ingħata l-aħħar tislima Samuel Camilleri, ta’ 18-il sena minn Ħaż-Żebbuġ, wara nhar it-Tlieta miet waqt li kien xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq id-Duluri f’Tal-Pieta’.
Il-Funeral sar fit-3pm fil-Knisja ta’ Ħaż-Żebbuġ fil-preżenza tal-qraba u ħbieb.
F’kumment fuq facebook aktar kmieni llum, Omm Samuel Camilleri qalet “serquli djamant mis-6 li kelli”, b’referenza għall-mewt ta’ binha u f’appell biex in-nies jattendu għall-aħħar tislima.
//= $special ?>