Il-fergħa Solidarjeta’ Ħaddiema Partit Nazzjonalista (SĦPN) stqarret li l-fatt li l-Gvern ta’ Muscat minn sena għal sena qed inaqqas l-overtime tal-Pulizija, qed iżid f’aktar kriminalita’ fis-soċjeta’ tagħna. Jirriżulta li s-sahra tal-Pulizija tnaqqset b’€477,000 fl-aħħar xahar.
L-SĦPN fakkret li l-Partit Laburista kien wiegħed lill-Pulizija li jingħataw il-ħlas b’lura tas-sahra li saret qabel. iżda huma ġew ingannati mill-Prim Ministru Joseph Muscat. Irrimarkat il-fatt li mhux biss s’issa għadhom ma ħadu xejn, żda talli s-sahra li għamlu waqt iċ-CHOGM u l-Valletta Summit f’Novembru li għadda, se jitħallsu bl-€ċ is-siegħa. L-SĦPN stqarret li jekk dan ma jiġix ikkunsidrat bħala prekarjat, mela x’inhu?
Fakkru, li l-poplu Malti ilu diversi xhur sħaħ jitlob għal aktar protezzjoni f’Paceville. Huma għamlu kuntrast bejn il-Pulizija li jkunu hemm Paceville, mal-ammont ta’ sigurta’ li jeskortaw lill-Prim Ministru Muscat.
L-SĦPN qalet li aktarx il-Gvern qed jipprova jiffranka l-flus minn fuq il-Pulizija b’detriment għal-paga li jieħdu magħhom id-dar u s-sigurta’ fis-soċjeta’ Maltija.
//= $special ?>