Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil jiltaqa’ mal-Kunsill Studenti MCAST

L-MCAST hi istituzzjoni edukattiva li l-PN jemmen fiha bis-sħiħ. Kien il-Gvern Nazzjonalista li reġa’ fetah din l-istituzzjoni u investa f’Kampus ġdid b’fondi Ewropej.

Fl-introduzzjoni tiegħu waqt laqgħa mal-Kunsill Studenti tal-MCAST dalgħodu fid-Dar Ċentrali, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal li jittama li l-Kampus jitlesta’ fl-iqsar żmien possibbli.

Simon Busuttil kompla li l-parteċipazzjoni tal-istudenti fil-ħajja pubblika hi xi ħaġa pożittiva u awgura li Kunsill ġdid tal-istudenti tal-MCAST ikun attiv bħall-Kunsill Studenti Universitarji u l-Kunsill Studenti Junior College.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Generali tal-MCAST Gabriel Mifsud qal li dan hu l-ewwel Kunsill tal-istudenti tal-MCAST u l-mira ewlenija ta’ dan l-ewwel kunsill hu li jinbnew pedamenti sodi biex maż-żmien ikun organizzazzjoni effettiva għall-istudenti bħalma hu l-KSU ghall-istudenti universitarji.

Prezenti għall-laqgħa kien hemm ukoll ix-Shadow Minister għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Therese Comodini Cachia u l-Kelliem għall-Edukazzjoni Bikrija u Obbligatorja George Pullicino