Il-Kuntratt ta’ Sai Mizzi mhux se jiġġedded – se tkun daħħlet €468,000 sa Awwissu

Il-mara tal-Ministru Konrad Mizzi, Sai Mizzi, mhux se tkun qed tkompli fir-rwol tagha fiċ-Ċina la darba l-kuntratt li għandha jiskadi f’Awwissu li ġej. Dan ħabbru r-raġel tagħha stess il-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa Konrad Mizzi, l-bieraħ wara li kien elett bħala Deputat Mexxej tal-Partit Laburista. Ir-rwol ta’ Sai Mizzi ilu f’kontroversja sa mill-bidu li tħabbar li se tingħata l-kariga bħala special envoy għall-Malta fic-Cina b’paga ta’ €13,000 fix-xahar. Sa Awwissu li ġej Sai Mizzi se tkun daħħlet €468,000