Quddiem il-Qorti, tressaq każ rigward tifla ta’ 13-il sena li tilfet l’ommha meta kienet għadha iżgħar. L-akkuża li kkonċernata kienet ta’ abbuż sesswali minn qarib tagħha.
Il-każ ġie magħruf lill-Pulizija fl-2011 mill-entita’ governattiva Aġenzija Appoġġ. Fil-Qorti t-tifla qalet li li meta kellha sitt snin hi ġiet murija xeni pornografiċi. Kompliet billi qalet li r-raġel akkużat qalilha biex tagħmel atti illeċiti, filwaqt li jmissha u jieħu xi ritratti tagħha. It-tifla tenniet li ma tkellmitx rigward dawn l-abbużi, minħabba li beżgħat li tintbagħat lura għand l-ġenituri addottivi tagħha.
L-akkużat stqarr li t-tifla minn dejjem kellha rasha iebsa, u dejjem riedet li tgħaddi tagħha. Hu fakkar, li l-istess Aġenzija Appoġġ kienet avżatu li t-tifla xi kultant tħawwad xi affarijiet u mhux ta’ min jafda fuq kliemha. Ir-raġel qal li dawn l-atti ma segħtawx isiru, minħabba li meta t-tifla kellha sitt snin din kienet għadha tgħix l-istitut.
Il-Maġistrat Audrey Demicoli, stqarret li jiddispjaċiha għat-trobbija trawmatika tat-tifla, iżda kien hemm ċertu każi fejn it-tifla fi kliemha qajmet ċertu dubji. Kompliet billi qalet, li din it-tifla verament li ġiet abbużata sesswalment f’ħajjitha, pero l-Qorti ma temminx li kien l-akkużat li għamel dawn l-atti.
F’isem l-akkużat dehru l-avukati Stephanie Abela u Andy Ellul, filwaqt li l-ispettur Louise Calleja f’isem il-prosekutura.
//= $special ?>