Futbol Sport

Jitilgħu l-poloz tal-aħħar 16 fl-UEFA Europa League

F’Nyon, fl-Iżvizzera, telgħu l-poloz biex jiġu determinati l-konfronti fl-aħħar 16 tal-UEFA Europa League.

Diversi konfronti interessanti, iżda bla dubju li l-aktar konfront interessanti, speċjalment fost id-dilettanti Maltin, hu l-konfront bejn Liverpool u Manchester United.

Konfronti oħrajn interessanti huma bejn Borussia Dortmund u Tottenham, kif ukoll id-derby Spanjol bejn Athletico Bilbao u Valencia.

Il-konfronti l-oħra huma: Shaktar vs Anderlecht, Basel vs Seville, Villarreal vs Bayer Leverkusen, Sparta Prague vs Lazio u Fenerbache vs Braga.