Lokali

Malta bit-tielet l-ogħla prezz tad-diesel fl-Ewropa

Ċifri ippubblikati illum mill-UE jikkonfermaw li l-Maltin qed iħalsu fost l-ogħla prezzijiet tal-fules fl-Ewropa.

Il-petrol qed jinbigħ għall-prezz ta’ €1.32 kull litru, li huwa r-reba’ l-ogħla wara l-prezz fl-Olanda, l-Italja u d-Danimarka.

Agħar minn hekk, id-Diesel qed jinbigħ €1.22 kull litru li huwa t-tielet l-ogħla fl-Ewropa wara r-Renju Unit u l-Iżvezja.

Dawn il-prezzijiet ifissru wkoll li l-Gvern bħalissa qed jiġbor 75ċ sisa fuq kull litru petrol u 66ċ fuq kull litru diesel.

Il-Gvern ta’ Muscat ilu xhur taħt pressjoni mill-GRTU u l-Oppożizzjoni illi qed jitolbu sabiex b’mod immedjat il-prezz fil-pompi tal-petrol jirrifletti l-prezz internazzjonali taż-żejt.

Il-prezz taż-żejt bħalissa qiegħed fil-livell ta’ ftit aktar minn $30 kull barmil.