Sid ta’ mutur qed jappella għall-informazzjoni dwar karozza li nqabdet teqliblu l-mutur u titlaq mill-post qisu xejn m’hu xejn.
Il-filmat minn kamera tas-sigurtà juri persuna tidħol fil-karozza u ssuq b’lura biex tkun tista’ toħroġ mill-parkeġġ. B’konsegwenza ta’ dan, il-karozza tolqot il-mutur u dan jinqaleb fuq naħa waħda.
Il-karozza tidher wieqfa għal xi ħin, bħallikieku s-sewwieq kien qed jara jekk għandux jinżel mill-vettura jew le, iżda fl-aħħar, jitlaq mill-post qisu xejn m’hu xejn.
Filwaqt li l-filmat juri l-inċident kollu, sid il-mutur qed jappella għall-għajnuna mingħand persuni li forsi b’xi mod jistgħu jidentifikaw in-numru ta’ reġistrazzjoni jew l-għamla tal-karozza, biex b’hekk ikun jista’ jagħmel rapport għand il-Pulizija.
Mill-informazzjoni mogħtija, il-mutur ġarrab diversi ħsarat, fosthom fil-handle bars, fil-mirja u fiż-żebgħa fost oħrajn.
//= $special ?>