Edukazzjoni

Taħwid kbir fil-ħlas tal-istipendji

“L-istipendju qed jinħareġ bl-addoċċ, u ħafna studenti kull xahar qed jirċievu mat-€30 jew €20 anqas”.

Din hija stqarrija li għamlu magħna diversi studenti, b’mod partikolari dawk fl-MCAST, li għandhom taħwid sħiħ fil-mod kif qed jinħarġilhom il-ħlas tal-istipendju. L-istudenti qalulna li mhux talli iż-żieda minima tal-Gvern mhux tingħata, talli lanqas l-ammont kemm sippost mhu jieħdu.

Bi tnaqqis fl-istipendju,ħafna studenti qed jirċievu mat-30 fil-mija anqas. B’kuntrast għal dan, hemm każi ta’ studenti li qas biss għadhom isegwu l-kors u xorta qed jirċievu l-istipendju.