Lokali

Żewġ persuni jweġġgħu f’inċident bil-mutur

habta
Incident

Ftit tal-ħin ilu, għal xi l-erbgħa u kwart ta’ waranofsinhar, inċident bil-mutur f’Għawdex. L-inċident seħħ fi Triq l-Arċisqof Pietru Pace kantuniera ma’ Triq Ġorġ Borg Olivier fir-Rabat.

Mill-ewwel stħarriġ jidher li l-Pulizija stqarret li għal xi raġuni kien hemm impatt bejn mutur tat-tip Piaggio Runner ma’ vettura Landrover Freelander. Is-sewwieq tal-mutur hu Ungeriż tat-33 sena, u miegħu kien hemm passiġġiera ta’ 22 sena. Filwaqt li l-karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 53 residenti l-Qala.

Hekk kif seħħ l-inċident, is-sewwieq tal-mutur u l-passiġġiera ttieħdu mal-ewwel l-isptar Ġenerali t’Għawdex, hekk kif huma sofrew xi ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu li jitilfu ħajjithom. Minn naħa l-oħra, ix-xufier tal-karozza ma sofra l-ebda ġrieħi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulziija għadhom għaddejin.