Fil-lejl bejn is-26 u s-27 ta’ Frar, 2016, f’ħidma konġunta bejn il-Pulizija mid-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali t’Għawdex u l-Pulizija mir-Rapid Intervention Unit li huma stazzjonati Għawdex ukoll, ilbieraħ ġew arrestati 5 persuni wara li fil-pussess tagħhom instabu sustanzi suspettati kokaina kif ukoll kannabis.
L-eta` taż-żgħażagħ tvarja bejn id-19 u t-23 sena u li lkoll huma residenti mill-Ħamrun u l-Marsa, u ġew arrestati fil-limiti tal-Port tal-Imgarr, Għawdex.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>