Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku, iżda mhux fil-periklu tal-mewt. L-inċident seħħ tul dan il-lejl għall-ħabta tan-nofsiegħa (12.30am) fi Triq is-Salina, il-Magħtab. Fuq il-post wasal tim mediku permezz ta’ ambulanza li ħadet lis-sewwieq lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura, kif ukoll il-Pulizija.
Skont nies li raw l-inċident huwa għal xi raġuni tilef il-kontroll u baqa dieħel ġo bollard li tinsab fin-nofs tat-triq.
Skont ir-residenti tal-Magħtab, huma qalu li mhux l-ewwel darba li ġabru xi biċċiet tal-karozzi filgħodu li jkunu laqtu dan il-bollard tul il-lejl.
Iż-żona fejn seħħ l-inċident hija biss ftit il-bogħod miż-żona fejn se inħareġ permess għall-pompa tal-petrol ġdida.
Aktar qabel: Sewwieq ta’ mutur sofra xi ġrieħi hekk kif kien involut f’inċident fi Triq is-Salina, għall-ħabta ta’ nofsiegħa (12.30am).
Fuq il-post wasal tim mediku permezz ta’ ambulanza li ħadet lis-sewwieq lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura, kif ukoll il-Pulizija.
Għad mhix magħrufa l-kundizzjoni tas-sewwieq tal-mutur. Iktar dettalji hekk kif jaslulna.
//= $special ?>