Lokali

Cruise liner jinġarr mill-kurrenti tal-baħar f’simulazzjoni mis-servizzi tal-emerġenza f’Malta

Iktar kmieni matul il-ġurnata l-Malta Red Cross bdew iħejju għal simulazzjoni ta’ cruise liner li nħakem mill-maltemp u spiċċa jinġarr mill-kurrenti tal-baħar mingħajr kontroll. Dan filwaqt li abbord hemm ammont kbir ta’ persuni.

Imma fil-verita’ din is-sitwazzjoni ma teżistix u hi biss simulazzjoni li qed issir bejn id-Dipartiment tal-Emerġenza, il-Malta Red Cross u l-MMSA, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Istudenti tal-Mediċina.

It-tħejjijiet bdew illum, meta skont is-simulazzjoni daħlet talba għall-għajnuna. Kien hawn li l-memri tal-Malta Red Cross bdew jarmaw it-tined f’bajja lokali hekk kif nhar it-Tnejn li ġej hawn mistennija jiddaħħlu l-ewwel persuni evakwati minn fuq il-cruise liner.

L-għan ta’ din is-simulazzjoni hu li pajjiżna jkun ippreparat għall-eventwalita’ ta’ ermerġenza simili, iżda wkoll se sservi ta’ lezzjoni prattika u importanti għall-istudenti tal-mediċina.