Ilbieraħ il-Merseyside Police ħarġet filmat dwar kif pulizja irnexxielu jeħles inċident li seta’ jkun fatali fuq il-highway M57 nhar is-Sibt 30 ta’ Jannar. Il-pulizija kellu bilfors jaqbeż fuq il-ġenb tal-highway hekk kif evvita li jintlaqat minn karozza li tilfet il-kontroll minħabba l-maltemp li laqgħat liż-żona.
Il-pulizija kien qiegħed fuq il-post minħabba inċident tat-traffiku li kien seħħ ftit tal-mumenti qabel.
Il-filmat ħareġ bi prewkazzjoni għax-xuffiera biex joqgħodu ferm aktar attenti fis-sewqan fil-maltemp, hekk kif uffiċjali tal-Merseyside Police qalu li anke jekk tkun vettura tkun mixja b’veloċita mhux daqstant għolja xorta waħda hija faċli li titlef il-kontroll.
Ara l-filmat t’hawn taħt.
//= $special ?>