Fi stqarrija l-Malta Public Transport qalet li uħud mir-rotot tat-trasport pubbliku, waqt il-maratona se jgħaddu minn toroq differenti. Għaldaqstant ċerti bus stops mhux se jkunu qed jaħdmu. Hija qalet li n-nies għandhom jiċċekjaw is-sit tal-Malta Public Transport biex iżommu ruħhom aġġornati mat-tibdil fir-rotta konċernata.
Fi stqarrija oħra l-organizzaturi qalu l-ħinijiet li tal-maratona, għaldaqstant min se jkun bil-vettura għandu jevita dawn it-toroq f’dawn il-ħinijiet:
Il-Ħamrun bejn id-9:30am u l-1pm.
Il-Pieta, L-Imsida, Ta’ Xbiex, Gzira, Tas-Sliema Seafront bejn id-9:30am u 1:30pm u Ta’ Qali u Ħ’Attard bejn it-8:30am u l-11:30am.
Bejn it-8am u l-11:30am mhux se jkun hemm servizz tat-trasport pubbliku minn Ħ’Attard, Ta’ Qali, L-Imrieħel, Santa Venera, il-Ħamrun, u mill-Floriana għall-Belt Valletta.
//= $special ?>