Duncan Jones, it-tifel tal-mibki kantant, David Bowie, għadu kemm ħabbar li se jsir missier permezz ta’ messaġġ speċjali (tweet) fejn radd ġieh lis-superstar magħruf għal kanzunetti bħal Space Oddity, Life on Mars, Dancing in the Street u daqstant diski oħra ta’ fama dinjija
Il-messaġġ kien ippubblikat xahar wara l-mewt ta’ Bowie bil-kanċer. Fil-fatt, Jones kien informa lil missieru b’din l-aħbar sabiħa f’Diċembru li għadda – permezz ta’ kartolina u tpinġija li tirreferi għaċ-ċirku tal-ħajja. Intant, iben Bowie, issa, bagħat ritratt tal-kartolina fuq Twitter u qal li ‘qed jistenna t-tarbija għal Ġunju’.
David Bowie tilef ħajtu sena u nofs wara li nstab li kellu l-kanċer fil-fwied. Hu kien żamm id-djanożi sigrieta minn kulħadd – ħlief għal qrabatu u l-akbar ħbieb tiegħu. Lanqas in-nies li kienu qed jaħdmu fuq proġetti ma’ Bowie fil-ġimgħat qabel mewtu ma kienu jafu bil-kundizzjoni tiegħu – b’dawn, kollha, jesprimu xokk qawwi ladarba semgħu li l-kantant kellu marda terminali.
Duncan Jones hu miżżewweġ lil Rodene Ronquillo. Skont il-Huffington Post, il-mara tiegħu rnexxielha ssalva minn kanċer tas-sider, bid-djanożi ta’ Ronquillo tkun ikkonfermata proprju ‘fil-jum taż-żwieġ tagħha’, fl-2013.
//= $special ?>