Saħħa

Ikompli d-dewmien żejjed għall-pażjent fl-isptar Mater Dei

Il-problemi fil-qasam tas-saħħa qed ikomplu jiżdiedu hekk kif numru ta’ sorsi kkuntatjaw dan l-istazzjon u qalulna dwar is-sitwazzjoni prekarja tagħhom u tal-pazjenti fl-Isptar Mater Dei.

Sorsi li tkellmu magħna qalulna li jinsabu fl-istat li ma jistgħux jaħdmu kif suppost hekk kif qed ikollhom nuqqas ta’ kmamar vakanti fejn tobba jinvistaw il-pazjent. Din il-problema qed toħloq skumdita’ lill-pazjenti li jżuru l-isptar għall-visti. Din il-problema, fin-nuqqas ta’ kmamar hija raġuni oħra għalhiex il-pazjenti, speċjalment dawk li jżuru outpatients, qed idumu fl-isptar Mater Dei. Mhux l-ewwel darba minħabba dan, suppost kellhom appuntament fit-tali ħin iżda minħabba dan kollu huma raw lit-tabib numru ta’ siegħat wara għall-sempliċment check-up ta’ kwarta 20 minuta.

Huma qalulna li dan qed joħloq ukoll inkonvenjent lill-pazjenti li qed jiġu invistati fl-istess ħin u fl-istess kamra, fejn l-unika privatezza li jkun hemm bejn pazjent u ieħor tkun purtiera. Huma wkoll wrew il-preokupazzjoni bin-nuqqas ta’ iġene adekwat f’dawn il-kmamar hekk kif dan qed jiġi kkawżat minħabba n-numru kbir ta’ pazjenti bla waqfien li jiffrekwentaw dejjem l-istess kmamar.

Dawn il-problemi ilhom għaddejin mhux ħażin, u dan qed jolqot is-servizz offrut lill-pazjenti qabel l-operazzjoni, dak l-imsejjaħ pre-op. Minkejja li ċ-Ċentru fejn issiru l-pre-ops tmexxa mill-blokk isfar tal-isptar għall-Pre-Operative Assesment Clinic -1, fejn qabel kien hemm iċ-Chinese Medicine xorta waħda il-problema baqgħet tippersisti. Is-sorsi qalulna li akkost dan it-tibdil din il-problema baqgħet xorta waħda tikber u s-sitwazzjoni, dejjem qed tikkawza aktar dewmien żejjed għall-pazjent.

Xahar biss wara dan it-tibdil il-problema baqgħet tippersisti u s-suppost soluzzjoni tal-problema fil-kmamar żdiedet aktar u aktar, bil-pazjenti u t-tobba fin-nofs ibatu mill-konsegwenzi fejn fost l-oħrajn hemm id-dewmien żejjed mill-pubbliku biex jinqeda u jieħu s-servizz mediku.