Ambjent

Il-kaċċa u l-insib m’humiex kompatibbli ma’ Park Naturali

Ritratt mill-Arkivji

Birdlife Malta qalet li filwaqt li qed tilqa’ bi pjaċir l-aħbar dwar il-Park Naturali tal-Indawar, tinnota li l-kaċċa u l-insib se jitħallew isiru fil-konfini tal-park.

Birdlife Malta qalet li l-awtoritajiet ma għandhomx il-ħila jifhmu l-impatt negattiv li tħalli l-kaċċa u l-insib fuq l-ambjent naturali. Qalet li l-istess kien ġara fil-Park tal-Majjistral.

Qalet li jekk ikunu permessi kaċċa u insib, allura din tkun kontradizzjoni tal-kunċett ta’ park naturali. Żiedet tgħid li matul l-istaġun tal-kaċċa l-pubbliku ma jkunx jista’ jgawdi l-park u ma jkunx jista’ jimxi fil-libertà.

Kien hawnhekk li Birdlife ħeġġet lill-Prim Ministru sabiex jintervjeni biex jassigura li ma jkunx hemm l-ebda tip ta’ kaċċa jew insib qrib dan il-Park.