Internazzjonali

Jidħol b’effett it-trattat ta’ paċi fis-Sirja

Jieqaf il-ġlied fis-Sirja għall-ewwel darba f’5 snin

Rapporti qalu li fl-inħawi fejn is-soltu jkun hemm skontri vjolenti, f’dawn l-aħħar siegħat kien hemm żamma ta’ paċi, hekk kif il-ġlied bejn il-bnadi konċernati kkalma. Dan ikkonfermah il-mibgħut speċjali tan-Nazzjonijiet Maqgħuda Staffan de Mistura fejn huwa qal ukoll li għalkemm dan kollu xorta waħda kien hemm persentaġġ żgħir li kiser dan il-ftehim u kompla jiġġieled.

Huwa mifhum li li l-Ġimgħa ajruplani Russi żiedu l-attakki tagħhom fuq ir-ribelli Sirjani, iżda dawn l-attakki ikkalmaw malli daħal fis-seħħ il-ftehim tal-waqfien mill-ġlied.

Iktar kmieni, il-President tal-Istati Uniti Barack Obama wissa li d-dinja se tkun qed tħares mill-qrib lejn il-Gvern Sirjan u l-pajjiż alleat tagħha r-Russja.

Iktar taħdidiet se jkomplu fis-7 ta’ Marzu ladarba ma jkunx hemm iktar ġlied.