Futbol Sport

Kampjonat BOV Premier: Balzan ikomplu jirbħu

Balzan kisbu t-tmien rebħa konsekuttiva meta għelbu lil Mosta 3-0. B’din ir-rebħa Balzan telgħu momentarjament fit-tieni post. Minn naħa l-oħra, din kienet il-ħames partita mingħajr rebħa għal Mosta.

Lydon Micallef kompla bil-forma pożittiva tiegħu meta fetaħ l-iskor fl-34 minuta biex skorja s-seba’ gowl fl-aħħar tmien partiti biex l-attakant Aleksandar Vujacic irdoppja fit-43 minuta. Paul Fenech kompla jkabbar l-iskor fl-54 minuta.