Futbol Sport

Kampjonat BOV Premier: Draw ġust bejn Floriana u Sliema

Kien ‘Derby l-Antik’ bil-minuti finali emozzjonanti, b’gowl minn penalty għal Floriana li deher li se jagħtihom ir-rebħa, imma Sliema, immexxija mill-kowċ Taljan Alfonso Greco fir-ritorn tiegħu ma’ Sliema, ma qatgħux qalbhom u ġabu d-dro fl-aħħar azzjoni. Draw meritat, li iżda iktar jikkuntenta lill-Wanderers milli lill-Greens li qed jiġġieldu għal post fl-Ewropa.

Partita li bdiet bit-tislima tal-plejers Furjaniżi u l-ġest sabiħ bit-tqassim ta’ fjuri anki mill-partitarji tal-avversarji Sliema u r-rivali Valletta, lejn Steve Attard, il-partitarju kbir Furjaniż, li ħalla din id-dinja din il-ġimgħa. Sliema kellhom lil Bezzina u Priso sospiżi, lagħbu Fidelis u għamel id-debutt Tarlaziz. Għal Floriana rritorna Villa.

Partita li bdiet b’gowl fuq naħa fl-ewwel azzjonijiet tagħha. Fid-19-il minuta il-Greens marru fil-vantaġġ. Matteo PICIOLLO avvanza bil-ballun u minn tarf il-kaxxa xxuttja, bil-ballun li spiċċa fl-anglu baxx tax-xibka. Fis-26 minuta Sliema ġabu d-dro. Minn korner ta’ Denni, il-kross ta’ Alex Muscat ma ġiex ikklirjat, il-ballun ġie għand POTEZICA li tefa’ fis-saqaf tax-xibka.

Fl-84 minuta Floriana marru fil-vantaġġ. Gatt Baldacchino waqqa’ lil Fonatanella fil-kaxxa u r-referi Fydor Zammit saffar il-penalty. Mill-ħdax-il metru l-istess FONTANELLA skorja.

Imma Sliema ma ċedewx u tliet minuti mit-tmiem il-partita minn pass ta’ Farrugia, l-plejer tal-logħba POTEZICA li mill-vicin skorja għal draw ġust.