Futbol Sport

Kampjonat BOV Premier: Tarxien Rainbows jirritornaw għar-rebħ

Tarxien Rainbows irritornaw għar-rebħ meta taw it-tieni telfa konsekuttiva lil Naxxar Lions b’rebħa ta’ 3-0. B’din ir-rebħa, Tarxien komplew jinqatgħu mis-seba’ post u resqu qrib Floriana.

Il-midfielder Ayrton Azzopardi fetaħ l-iskor ħames qabel tmiem l-ewwel taqsima bil-Brażiljan Alex da Paixao Alves jirdoppja fl-44 minuta. It-Tarxinizi għalqu l-partita għaxar minuti qabel tmiem il-partita,  bl-ewwel gowl ma’ Tarxien għal Alex Nilsson.