Futbol Sport

Kampjonat BOV Premier: Valletta jibqgħu fil-quċċata

Ritratt ta' Christine Borg

Valletta għamlu dak li kien mistenni minnhom u mingħajr ma għamlu affarijiet kbar għelbu lil dak li qed jidher l-iktar tim dgħajjef fil-mument, Qormi, biex se jżommu l-ewwel post għal ġimgħa oħra.

Valletta skorjaw wara ħames minuti minn xutt minn barra l-kaxxa ta’ Llywelyn CREMONA li spiċċa fir-rokna tal-lemin tal-gowlkiper Vella. Malli kważi qorbu s-siegħa logħob, Valletta għamlu t-tieni wieħd meta Nafti ta kross mix-xellug lejn Michael MIFSUD li kompla għal ġewwa.