L-ewwel indikazzjonijiet mill-elezzjoni ġenerali fir-Repubblika tal-Irlanda huma li mhix se tkompli l-koalizzjoni magħmulha mill-Partit Fine Gael u l-Laburisti.
Dan minkejja li exit poll issuġġeriet li l-Fine Gael, li hu l-partit ewlieni f’din il-koalizzjoni, għandu jibqa’ l-akbar partit Irlandiż b’26 fil-mija tal-vot.
Skont l-aħħar exit polls, il-Partit Fianna Fail, li hu l-entità ewlieni fl-Oppożizzjoni, jinsab viċin ħafna il-Fine Gael bi 23 fil-mija tal-appoġġ popolari.
Is-sinjali għaldaqstant juru li se jkunu ferm diffiċli n-negozjati biex jitwaqqaf Gvern ġdid f’Dublin.
//= $special ?>