Iż-żewġ partiti ewlenin tal-Istati Uniti komplew bil-proċessi għall-għażla tal-kandidati rispettivi li, f’Novembru, jikkuntestaw għall-Presidenza. Dan meta l-Gvernatur ta’ New Jersey, Chris Christie, għadu kemm ħabbar li qed jappoġġja lill-eksrivali Donald Trump għan-nomina tal-Partit Repubblikan biex jisfida għall-White House.
Christie hu ekskandidat Repubblikan li rtira mit-tellieqa għan-nomina tal-partit u issa jemmen li Trump ‘hu l-aħjar ċans li l-Istati Uniti titmexxa minn President Repubblikan’.
Sadanittant, kompliet it-tellieqa għan-nomina tal-Partit Demokratiku f’South Carolina, fejn il-kandidat Hillary Clinton, eks-Segretarju tal-Istat Amerikan, qed tittama fil-vot tal-Amerikani suwed biex tegħleb l-isfida ta’ Bernie Sanders, is-Senatur minn Vermont.
Clinton qed tittama fi spinta ta’ appoġġ mid-Demokratiċi qabel il-primarji ta’ nhar it-Tlieta (magħrufa bħala Super Tuesday) li se jsiru f’numru ta’ Stati Amerikani.
//= $special ?>