Madwar 10 ġellieda Libjani li ndarbu fil-konflitti tagħhom mal-ISIS se jinġiebu Malta permezz tal-ajru biex ikomplu jirċievu aktar kura.
L-irġiel indarbu fil-punent tal-belt ta’ Sabratha u ttieħdu lejn il-Belt ta’ Mitiga f’helikopter.
Il-Gvern Malti lbieraħ ta’ l-permess biex dawn jiġu Malta għall-kura u s’issa dawn il-ġellieda qed jistennew il-permess mill-awtoritajiet Libjani biex ikunu jistgħu jagħmlu dan.
Skont is-sorsi, il-vittmi se jiġu trattati fl-isptar Mater Dei u fl-Isptar Saint James Capua.
Aktar dettalji meta jaslulna.
//= $special ?>