Is-Società Filarmonica La Vittoria tal-Mellieħa għal sena oħra se torganizza Maratona Sportiva b’risq il-Fondazzjoni Puttinu Cares bejn is-Sibt 26 ta’ Frar sal- Ħadd 6 ta’ Marzu 2016. Il-Maratona se tkun trasmessa fuq Radio Calypso 101.8FM mis-Sibt 5 ta’ Marzu sal-Ħadd 6 ta’ Marzu 2016.
Il-Maratona fetħet illum b’wirja ta’ mudelli mill-Association of Malta Engineers ta’ ajruplani u tankijiet militari, ferroviji u gwerriera. Il-wirja se tibqa’ għaddejha sal-Ħadd li ġej 6 ta’ Marzu 2016 fis-Sala 8 ta’ Setttembru tal-Każin La Vittoria.
Is-Sibt li ġej se jkun hemm Footbal Tournament fil-Football Ground tal-Mellieħa u se jitkomplew l-attivitajiet fil-każin.
Il-Ħadd hija l-ġurnata fejn il-maratona se tilħaq il-qofol hekk kif filgħodu se jkun hemm esebizzjoni tal-karozzi All German fil-Pjazza tal-Parroċċa mid-9.00 sas-2.00p.m u kif ukoll se tkun organizzata Fun Run li se tibda u tispiċċa mil-Pjazza tal-Parroċċa. Tul il-jum tal-Ħadd se jkun hemm ukoll Car Wash wara l-Knisja Arċipretali tal-Mellieħa, u servizz ta’ nail technician professjonali fil-binja tal- każin.
Il-Ħadd ukoll il-Boy Scouts tal-Mellieħa, flimkien mal-Banda La Vittoria se tagħmel marċ minn Triq il-Parroċċa sa quddiem il-Knisja mill-11a.m. sas-1p.m.
//= $special ?>