“Nixtieq li jagħtu kasna, ħalli niddiskutu. Irridu nilmentaw u nagħtu s-suġġerimenti tagħna sabiex inqajmu kuxjenza fuq it-telqa ta’ dan il-post” – kien dan il-kliem tal-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala f’konferenza msejħa rigward l-istat ta’ abbandun li jinsab fih il-Magħluq tal-Baħar.
Is-Sindku ta’ Marsaskala rrimarka l-fatt, li hemm bżonn li titranġa din iż-żona sabiex tkun tista’ titgawda mill-pubbliku kif kien isir qabel. Hu stqarr li dan is-sit ma jaqax taħt il-kompetenza tal-Kunsill Lokali, iżda x-xogħol irid isir minn naħa tal-Gvern. Semma kif fost in-numru tal-problemi li hemm, bħal ġrieden u l-ħmieġ tal-papri, l-iktar wada li kapaċi toħloq problema imminenti hi l-fatt li l-kanal bejn il-magħluq u l-ilma baħar hu misdud, u jillimita iċ-ċirkulazzjoni tal-ossiġnu.
Il-Kunsillier Nazzjonalista Charlot Cassar stqarr li din it-telqa tista’ teskala fuq livell ta’ problema sanitarja, hekk kif l-ilma qiegħed jista’ jwassal għall-numru ta’ mard, fosthom il-virus Zika. Minn naħa tiegħu, il-Kunsillier Nazzjonalista John Baptist Camilleri qal li tlett snin ilu huma ġew preżentati bi proġett li għandu jmexxi l-ilma u jtaffi l-problemi preżenti li hemm, iżda s’issa għadu ma twettaq xejn.
Meta mistoqsi rigward l-atteġjament tal-Gvern preżenti rigward l-abbandun ta’ siti ambjentali f’Marsaskala, fosthom l-art ODZ fiż-Żonqor, il-Munxar u issa anke l-Magħluq tal-Baħar, is-Sindku Labruista Mario Calleja stqarr li l-Kunsill Lokali ħa pożizzjonijiet differenti għax ra elementi differenti fil-każi. Fl-oppinjoni tiegħu, l-Munxar ma għandux jintmiss għax b’differenza miz-Zonqor, il-Munxar huwa art verġni. Fi kliemu stess, temm jgħid li rigward iż-żewġ każi ta’ sfreġju ambjentali, il-Kunsilliera Lokali ma qablux għax – ”moħħhom ħadem differenti”.
//= $special ?>