L-artista Yoko Ono – li kienet miżżewwġa lill-mibki eks-Beatle John Lennon – iddaħħlet l-isptar fi New York, fejn kienet qed tbati minn ‘sintomi simili għall-influwenza’.
Madankollu, sorsi qrib Yoko Ono ċaħdu li hi sofriet attakk tal-puplisija. L-istess sorsi sostnew li Yoko ddaħħlet l-isptar fuq il-pariri tat-tobba u kienet mistennija tintbagħat lura d-dar ‘fi kwistjoni ta’ sigħat’
Yoko Ono, illum, għandha 83 sena u qattgħet almenu lejl fl-Isptar ta’ Mount Sinai Roosevelt, f’Manhattan.
John Lennon, wieħed mill-aqwa kantanti u kompożituri li qatt rat id-dinja, kien spiċċa maqtul minn fan ossessjonat fl-1980, meta hu kien barra d-Dakota Building ta’ New York li għadha sallum ir-residenza ta’ Yoko.
//= $special ?>