Keith Schembri, ic-Chief of Staff ta’ Kastilja magħżul mill-Prim Ministru Joseph Muscat, għandu kumpanija sigrieta fil-Panama ukoll. Sistema simili bħal ma għandu l-Ministru Konrad Mizzi.
Is-sit daphnecaruanagalizia.com żvela kif kemm Keith Schembri kif ukoll Konrad Mizzi użaw is-servizzi ta’ Brian Tonna, minn Nexia BT. Hu interessanti kif id-dokumenti kemm ta’ Keith Schembri u Konrad Mizzi kienu sottomessi fl-istess ġurnata.
Konrad Mizzi u Keith Schembri fetħu il-kumpanija sigrieta tiegħu fil-Panama; pajjiż ikkundannat mill-Unjoni Ewropea għax ma jagħti l-ebda informazzjoni dwar min u kemm għandu flejjes jew assi hemmhekk.
//= $special ?>