Konvoj li kien qed iġorr ġellieda tal-ISIS hu suspettat li safa fil-mira ta’ attakk mill-ajru kmieni l-Ħadd filgħodu fl-inħawi ta’ Bani Walid.
L-indikazzjonijiet huma li dan l-attakk twettaq minn forzi mhux Libjani u seħħ hekk kif il-midja Ingliża żvelat li truppi speċjali Ingliżi kienu jinsabu l-Libja flimkien ma’ truppi speċjali Amerikani f’ħidma kontra l-ISIS. Dan wara li ftit ġranet ilu l-midja Franċiża żvelat li fil-Libja kien hemm truppi speċjali Franċiżi għall-istess skop.
Sorsi minn Bani Walid ilbieraħ qalu li kien hemm tliet splużjonijiet kbar mas-sebħ. Dan hekk kif hemm rapporti li fl-inħawi kien hemm konvoj ta’ 15-il vettura jġorru bnadar tal-ISIS.
Aktar kmieni dan ix-xahar, ajruplani Amerikani attakkaw kamp tal-ISIS fil-periferiji ta’ Sabratha u fih inqatel uffiċjal ieħor tal-grupp militanti Iżlamiku.
Attakki mill-ajru f’Bani Walid fil-Libja
