Fl-Istati Uniti kompliet it-tellieqa Presidenzjali din id-darba bil-votazzjoni tal-Partit Demokratiku f’South Carolina. Votazzjoni li ntemmet b’rebħa kbira ħafna għall-eks Segretarju ta’ l-Istat Hillary Clinton li għelbet lis-Senatur ta’ Vermont Bernie Sanders b’persentaġġ li jista jkun’ jaqbeż il-ħamsin fil-mija.
Clinton b’hekk ser tkun rebħet tlieta mill-erbgħa stati li vvotaw s’issa sabiex b’hekk tidħol għal Super Tuesday, meta jivvotaw bosta stati, bħala favorita.
Clinton f’reazzjoni għar-rebħa f’South Carolina qalet li l-kampanja issa ser tmur fuq livell nazzjonali filwaqt li Sanders minn naħa tiegħu qal li l-kampanja għadha qed tibda.
//= $special ?>