Lokali

Iċ-Chief of Staff ta’ Muscat ma jweġibx dwar il-kumpanija sigrieta fil-Panama

Ftit qabel l-attivita’ tal-Partit Laburista fiż-Żejtun, fejn il-Prim Ministru Joseph Muscat u d-Deputat Mexxej Laburista Konrad Mizzi għamlu d-diskorsi tagħhom, deher dieħel iċ-Chief of Staff ta’ Joseph Muscat Keith Schembri magħruf tal-Kasco.

Hu u dieħel għad-diskors fil-Każin Laburista, Kieth Schembri ġie mwaqqaf mill-ġurnalist tat-Times of Malta fejn ma kienx kapaċi jagħti spjegazzjoni għar-rapporti maħruġa dwar il-kumpanija fil-Panama. Keith Schembri qal li fis-sigħat li ġejjin se jagħti spjegazzjoni minn naħa tiegħu.

Pero, iċ-Chief of Staff lanqas ma kien kapaċi jagħti d-dettalji kollha rigward l-mistoqsija ta’ għalfejn fil-laqgħa li kellhom hu, il-Prim Ministru Joseph Muscat, il-Ministru Konrad Mizzi, u l-Kaptal-Komunikazzjoni Kurt Farrugia fl-Ażerbajġan, ma kienx hemm uffiċjali pubbliċi preżenti magħhom fin-negozjati.

Keith Schembri ħarab mill-ġurnalisti billi qal li qiegħed tard għad-diskors tal-Prim Ministru Joseph Muscat.