Lokali

“Isloħ Malta LTD” – Marlene Farrugia b’lista ta’ skandli mill-Gvern Labursita

“Isloh Malta LTD …. Demokrazija 0 … Il-Mafia ta’ Kastilja renjanti …. Il-Partit Laburista hijacked. …. Il-Moviment Laburista mbellah! ….Il-Parlament farsa mill-Speaker l-isfel.”
Kien b’ dan il-mod permezz ta’ status fuq Facebook, il-Membru Parlamentari u l-eks Deputata Laburista Marlene Farrugia ddeskriviet l-importanzi li l-Partit Labursita u l–Gvern isiru ħaġa waħda u l-iskandli tal-Partit Labursita.

Marlene Farrugia saħqet li l-Partit Laburista fil-Gvern, tela b’tant saħħa, li matul it-3 snin li ilu fil-Gvern, kellu ċans iwettaq dak li wiegħed fil-programm elettorali. Iżda il-Partit Laburista għażel li ma jagħmilx dan.

Marlene Farrugia bdiet billi fakkret lill-poplu Malti li għalkemm id-dawl raħas b’25%, iż-żejt raħas b’aktar min-nofs. Fakkret ukoll li l-poplu Malti qiegħed iħallas l-ogħla prezzijiet tal-fuel fl-Unjoni Ewropea.

Kompliet l- poplu Malti, permezz tal-Gvern Laburista , ħallasna mijiet ta’ miljuni f’garanzija lil kumpaniji privati fosthom lill-Electrogas. L-istess kumpannija li s-sena l-oħra kellha tgħaddilna l-Power Station il-ġdid.

Marlene Farruġia f’dan il-punt indirizzat ukoll lix-Xlukkajri, li għadhom isofru mil-fabbrika tal-kanċer u li fakkrithom li aktar il-quddiem se jitpoġġilhom ukoll it-Tanker fil-bajja.

“Sfregju fejn jidhol l-ambjent.” – Marlene Farruġia kitbet ukoll dwar Żonqor Point li ddeskriviet l-art bħala “sraqniha minn ħalq il-poplu”, minħabba li eventwalment il-Poplu Malti sar jaf li l-Gvern għaddha l-art lil persuna li m’għandux liċenzja biex topera Universita’.

“Min jaf xi tgerrfix hemm li m’ għandniex ideja tiegħu!” – kien b’dan il-mod li ddeskriviet is-settur tas-saħħa, fejn saħqet li l-poplu Malti m’għandu l-ebda ħjiel ta’ x’qiegħed jiġri f’dan is-settur. L-istess Partit, li kellu jkun Partit ta’ trasparenza.

Marlene Farruġia indirizzat ukoll l-aħħar skandlu li sar jaf bih il-poplu Malti, l-Iskandlu tal-kontijiet sigrieti fil-Panama tal-Mistru Konrad Mizzi.

Marlene Farruġia kkonkludiet li għalkemm hi issa tilfet il-fiduċja kollha tagħha fil-Gvern Laburista, hi ma tilfitiex il-fiduċja fil-Poplu Malti. Farruġia addiet messaġġ lill-poplu Malti u fakkritu li dan mhux il-Partit li vvutaw għalih il-Laburisti, u għalhekk saħqet li bħal ma il-poplu Malti, tella’ lill-Partit Laburista fil-Gvern, bl-istess mod jista iniżżlu, “”Dan mhux il-Gvern li vvutajna ghalih. Kif tellghajnieh , innizzluh”