Lokali

Isofri ġrieħi gravi wara li jibqa’ tiela ġo roundabout

Ritratt: Arkivji

F’inċident tat-traffiku li seħħ kmieni dalgħodu għal ħabta tat-tlieta neqsin għaxra raġel ta’ 37 sena minn Birkirkara tilef il-kontroll tal-vettura Volkswagen Golf u baqa’ tiela’ ġo roundabout.

L-inċident seħħ fi Triq il-Belt Valletta l-Imdina.

Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’natura gravi iżda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.