Raġel li kien taħt l-influwenza tal-alkoħol agredixxa Kuntistabbli peress li ma tħalliex jgħaddi minn triq li kienet magħluqa.
Il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Pulizija (POU-GWU) Sandro Camilleri qal l-każ seħħ illum waranofsinhar fin-Naxxar meta sewwieq ta’ karozza pretenda li jgħaddi bilfors minn triq li kienet magħluqa minħabba arblu li kien perikoluż ħafna.
Il-Pulizija li qala’ d-daqqa ta’ ponn kien il-Kuntistabbli Fabian Caruana mis-Sezzjoni tat-Traffiku.
Sandro Camilleri qal li l-POU-GWU turi solidarjetà mal-Kuntistabbli li ġie aggredit u tikkundanna din l-aggressjoni. “L-arroganza, l-ksuħat u l-kattiverja splodew u bil-paroli biss mhu se naslu mkien” qal Sandro Camilleri.
Ir-raġel li allegatament agredixxa lill-Pulizija ma kienx liebes ċinturin tas-sigurtà u miegħu kellu xi tfal bħala passiġġieri. Hu rriżulta fil-pożittiv meta sarlu test tal-breathalyser.
//= $special ?>