Lokali

L-isptar wara inċident fi Triq il-Kosta

Ritratt: Arkivji

Sewwieq ta’mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li kien involut f’inċident tat-traffiku bil-mutur tiegħu fi Triq il-Kosta. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-9:00 ta’ filgħodu.

Is-sewwieq tal-mutur, raġel ta’ 39 sena huwa residenti Ħaż-Żabbar, u kien qiegħed isuq mutur tat-tip Kawasaki Ninja.

L-ambulanza mal-ewwel waslet fuq il-post u ħadet lis-sewwieq lejn l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri min ġrieħi gravi, iżda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.