Storja fuq is-sit indipendenti tat-tbassir tat-temp www.firstmalta.com tgħid li Malta bħalissa qed tintlaqat marġinalment miċ-ċiklun Żissi, hekk imsemmi mill-midja Taljana . Is-sit jispjega li f’Malta qed nesperjenzaw irjieħ magħrufa bħala Scirocco li joriġinaw mill-Afrika ta’ Fuq u huma relatati ma’ dan iċ-ċiklun. Dan ir-riħ huwa normalment assoċjat ma problemi ta’ saħħa prinċiparjament dawk respiratorji.
Dalgħodu l-pressjoni Atmosferika imkejjla fil-Belt Valletta niżlet għall-990hPa f’xis-6am u mistennija tirritorna għan-normal biss wara d-9pm tal-lejla.
Riħ isfel qawwi bħalissa qed jonfoh b’qawwa ta’ Forza 5 u 6 f’xi ħin, iżda mistenni jżid saħansitra sa’ Forza 7 wara nofsinhar. Dan it-tip ta’ riħ joriġina fit-Tramuntana tal-Afrika u jġib miegħu ammont kbir ta’ ramel u kif ukoll sħana, fil-fatt it-temperaturi mistennija jitilgħu sa’ 20 grad celcius u għall-bniedem jinħassu saħansitra qisu 22 grad celcius.
L-irjieħat Scirocco mistennija jnaqqsu mal-lejl, hekk kif il-ġurnata tat-Tnejn mistennija tirritorna għan-normal. Ir-riħ mistenni jdur Punent il-Lbiċ u jonfoħ b’forza 4 (Moderat), it-temperaturi mistennija jikkalmaw xi ftit u l-għola mistennija titla għall-17 il-grad celcius filwaqt li s-sema mistenni tkun bis-sħab kultant.
L-istess sit jispjega kif iċ-ċiklun Żissi għamel straġi fuq l-Italja fil-lejl li għadda speċjalment fiż-żoni madwar il-kosta. F’xi inħawi niżlet saħansitra 1 metru ta’ xita, xi ħaġa li f’Malta qatt m’esperjenzajna u li kieku dan iċ-ċiklun laqat Malta minflok kien jagħmel ħerba sħieħa.
Intant l-istess sir fl-aħħar ħin stqarr li l-irjieħ Scirocco mistennija jintensifikaw fuq Malta fis-sigħat li ġejjin.
//= $special ?>