Lokali

Numru ta’ arresti b’rabta mad-drogi

Fil-lejl ta’ bejn is-26 u is-27 ta’ Frar membri mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga wettqu arresti f’Paceville fejn ġew arrestati żewġ żgħażagħ – Wieħed ta’ nazzjonalita’ Maltija li għandu 20 sena u l-ieħor ta’ nazzjonalita’ Taljana li għandu 27 sena.

Huma kellhom fil-pussess tagħhom sustanza, allegatament ecstasy u kokaina. Il-Malti, li huwa residenti f’Tas-Sliema, ser jitressaq b’arrest wara li fil-pussess tiegħu instabu madwar 50 pillola allegatament ectasy u madwar 20 qartas bi trab abjad allegatament kokaina. Instabu ukoll mizien elettroniku kif ukoll xi affarijiet ohra relattai mat-traffikar tal-istess sustanzi.

Intant fil-lejl ta’ bejn is-27 u it-28 ta’ Frar wara ħidma oħra mill-istess skwadra ġew arrestati ħames żgħażagħ in konnesjoni ma’ sejba ta’ madwar 4 kilogrammi ta’ droga allegatament raża tal-kannabis u madwar 70 gramma ħaxixa. Iż-żgħazagħ huma residenti Ħaz-Żabbar u Marsaskala u l-eta’ tagħhom tvarja bejn 20 sena u 32 sena.

Huma qed jinżammu mill-Pulizija biex jgħinu fl-istħarriġ. Huwa mifhum li wħud minn dawn iż-żgħażagħ ser jitressqu b’arrest fuq akkużi fil-jiem li ġejjien.