Żewġ persuni weġġgħu f’inċident tat-traffiku li seħħ għal ħabta tas-siegħa ta’ filgħodu fi Triq Diċembru Tlettax, il-Marsa. Tfajla ta’ 20 sena minn Bormla għal xi raġuni tilfet il-kontroll tal-vettura Toyota Aygo u baqat dieħla ġo siġra. Magħha hi kellha ġuvni ta’ 24 sena minn Raħal Ġdid bħala passiġier.
Fuq il-post issejħet ambulanza sabiex tassisti lill-vittmi. Aktar tard il-Pulizija ġew infurmati li t-tfajla sofriet ġriehi ta’ natura ħafifa filwaqt li l-ġuvni jinsab fil-periklu tal-mewt.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Consuelo Scerri Herrera li ordnat li ssir Inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>