Lokali

FILMAT – Steve Attard…l-anġlu Furjaniż fis-sema

Fil-jiem li għaddew il-komunità fil-Floriana inħasdet bil-mewt mhux mistennija ta’ Steve Attard, partitarju tat-tim tal-futbol ta’ Floriana FC. Kull darba li l-greens kienu jilgħabu, lil Steve dejjem kont taraħ jagħti l-appoġġ tiegħu u hu magħruf li dejjem kien wara l-klabb anke fil-mumenti diffiċli ta’ Floriana FC. Il-mewt ta’ Steve ħasdet lil ħafna, mhux biss dawk li jsegwu lit-tim ta’ Floriana FC iżda anke l-partitarji tat-timijiet avversarji ta’ Floriana FC.

Fil-programm tal-Ħadd filgħaxija Replay fuq Net Television, ingħatat l-aħħar tislima lil Steve; missier ta’ ħames t’itfal. F’dan is-servizz, it-tim ta’ Replay tkellem ma’ wieħed mill-aħwa ta’ Steve, Robert kif ukoll mat-tifel il-kbir tiegħu, Lucas.

Il-programmi Replay għandhom tliet appuntamenti fuq it-televiżjoni u r-radju matul il-ġimgħa. L-aktar appuntament popolari hu dak tal-Ħadd fid-9:35pm. Minn Settembru li għadda beda’ jixxandar il-programm Replay Preview kull nhar ta’ Ġimgħa fid-9pm fuq Net Television waqt li kull nhar ta’ Tnejn jixxandar Replay Ikompli, fit-8pm fuq Radio 101.