Lokali

Filmat: Xufier bit-tfal abbord idur wrong side minn triq ewlenija

Xufier ta’ kowċ li tittrasporta l-istudenti tal-iskola nqabad idur wrong side minn Triq Manwel Dimech f’Ħal Qormi għal Vjal De La Cruz.

Biex għamel dan, ix-xufier saq biċċa mit-triq wrong side lejn central strip u kiser lejn in-naħa ta’ wara ta’ ġnien pubbliku li jinsab mal-ġenb ta’ din it-triq prinċipali.

Skont xufier li qabad dan l-episodju, abbord il-vettura kien hemm ukoll xi tfal biex b’hekk poġġa mhux biss ħajtu u ħajjet xufiera oħra fir-riskju, imma wkoll ħajjet it-tfal li kien qed iwassal.