F’ittra lill-Prim Ministru u l-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Libertajiet Ċivili u Affarijiet tal-Konsumatur, il-Forum Unions Maltin (For.U.M) stqarret li hemm bżonn tibdil fl-organizazzjoni tat-Tribunal Industrijali li jinkludu l-ħatra ta’ imħallfin jew maġistrati fuq bażi full-time li jippresjedi l-każijiet fl-istess tribunal.
Il-For.U.M stqarret li mir-riċerka li għamlet, in-numru ta’ każijiet li tressqu quddiem it-Tribunal Industrijali kif ukoll il-każijiet li potenzjalment jispiċċaw quddiem qrati oħra minflok, jagħtu l-possibilta’ li jitwaqqaf qorti speċjali. Fl-istess stqarrija, l-For.U.M qalet ukoll li hi temmen li l-qorti jmissu jkollu għajnuna inn rappreżentant magħżul mit-Trade Unions u oħra mill-Employer Organisations.
Il-Forum Unions Maltin tenniet ukoll li hi kontra miżuri temporanji u deċiżjonijiet mgħaġġla.
//= $special ?>